Contact UsMap ServermyPlanningLogin
Malta Environment & Planning Authority - www.mepa.org.mt
Print Page

HomeSeperatorInfo and ParticipationSeperatorLetters to the EditorSeperator2011SeperatorKUFLITT TA INTERESS SPOTENZJALI FIL-KWISTJONI TA HEXAGON HOUSE

KUFLITT TA INTERESS SPOTENZJALI FIL-KWISTJONI TA HEXAGON HOUSE

Illum
30 ta' Marzu, 2011

Nirreferi għall-artiklu li deher fil-gazzetta tiegħek Illum, nhar il-Ħadd 27 Marzu, 2011 taħt it-titlu ‘Kunflitt ta’ interess potenzjali fil-kwistjoni ta’ Hexagon House’ fejn il-kelliem għall-Partit Laburista dwar l-Ambjent Leo Brincat għamel allegazzjonijiet serji u bla bażi li d-Direttur tal-MEPA għas-Servizzi Korporattivi l-Inġ. RayPiscopojista’ jkollu kunflitt ta' interess fir-rigward tal-kwistjoni li tinvolvi l-uffiċċini tal-Awtorità f’Hexagon House.

L-Awtorita ta’ Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tikkontesta bi sħiħ l-allegazzjonijiet li l-kelliem għall-Partit Laburista dwar l-Ambjent għamel fir-rigward tad-Direttur għas-Servizzi Korporattivi tagħha.  L-Inġ. Piscopo kien ikkummissjonat mill-Malta University Services flimkien ma' esperti indipendenti oħra sabiexiwettaqimpact assessment fuq l-installazzjoni tal-Waste Oils Ltd meta kien fl-impjieg privat, qabel il-ħatra tiegħu bħala Direttur għall-Protezzjoni tal-Ambjent lurafl-2002.  L-Inġ. Piscopo qatt ma kien impjegat jew fuq il-payroll ta' Falzon Waste Oils Limited jew xi kumpanija oħra tal-waste oils.

L-Inġ. Piscopo bħalissa qed jikkoordina l-isforzi varji biex tissolva il-kwistjoni ta’ l-emissjonijiet u l-irwejjaħ fiż-żona li tinkludi l-involviment ta' żewġ esperti tal-kimika,toxikologista, inġiniera u tim konġunt mid-Dipartiment għall-Ambjent u l-Ippjanar u d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali f’ħdan id-Divizjoni tas-Saħħa.