L-Orizzont
6 t' April, 2011
Nirreferi għall-artiklu li deher fil-gazzetta l-Orizzont nhar t-tnejn 21 ta’ Marzu 2011 taħt it-titlu ‘Inkonvenjent fix-Xewkija’ fejn il-persuna li qiegħda tilminta li kellmet diversi drabi lill-Mepa dwar ħsara li ndividwu qiegħed jagħmel fi Triq il-Kbira fix-Xewkija minħabba xogħol bl-ispray.
Nixtieq ninfurmak li l-Mepa ħadet il-passi niċċessarji u ħarġet avviż ta’ infurzar fuq dan is-sit minħabba bdil fl-użu ta' garaxx għat-traxxix fuq xogħlijiet tal-metal mingħajr permess. L- contravenor appella minn din l-azzjoni tal-infurzar iżda din ġiet miċħuda.
L-uffiċjali tal-infurzar fi ħdan il-MEPA qegħdin jagħmlu monitoraġġ regolari fuq dan is-sit biex jiżguraw li ma jsirx l-ebda’ attività li tmur kontra l-avviż ta’ infurzar.