Contact UsMap ServermyPlanningLogin
Malta Environment & Planning Authority - www.mepa.org.mt
Print Page

HomeSeperatorMedia ReleasesSeperatorNews Details

News Details

PJAN T'AZZJONI GHAD-DWEJRA U L-QAWRA (GHAWDEX)

Posted on: 12/04/2005

mainframe_dwejra Bhala parti mill-process ta' Konsultazzjoni Pubblika, il-kumitat ta' tmexxija li qed inedi il-Pjan ta' Azzjoni ghad-Dwejra u l-Qawra (Ghawdex) qed isejjah laqgha pubblika nhar is-Sibt 7ta' Mejju fid-09:30hrs u fis-13:30hrs u nhar il-Hadd 8ta' Mejju fis-13:30hrs fl-Iskola Primarja ta' San Lawrenz. Dawn se jkunu imqassmin hekk:

Is-Sibt 7ta' Mejju fid-09:30hrs - Partijiet li ghandhom Interess Dirett
Is-Sibt 7 ta' Mejju fis-13:30hrs - Pubbliku
Il-Hadd 8 ta' Mejju fid-09:30 hrs - Pubbliku tal-Lokal

Waqt din il-laqgha se jkun diskuss l-abbozz tal-pjan ta' Azzjoni ghal park naturali u kulturali f'dawn l-inhawi. Dan il-pjan ghandu l-hsieb li fost il miri tieghu jinholoq bilanc bejn l-attivita tal-bniedem u l-htiega ghall-harsien tar-rizorsi u l-karatteristici tas-sit. Is-sit huwa interessant kemm mill-aspett xjentifiku, kif ukoll minn dak kulturali u estetiku.

Ghal din il-laqgha se jattendu rapprezentanti tal-Ministeru ghal Ghawdex, tal-MEPA, tal-Kunsill lokali ta' San Lawrenz u tal-Fondazzjoni Natura (Malta). Din il-laqgha hija il-forum addattat li fih wiehed jista' jesprimi il-fehmiet tieghu. Wara l-fazi ta' konsultazzjoni pubblika, il-kummenti u s-suggerimenti jittiehdu mill-kummitat u l-abbozz tal-pjan ikun emendat fejn u kif ikun xieraq biex jinkorpora kemm jista' jkun mir-reazzjonijijet u x-xewqat tal-pubbliku.