Contact UsMap ServermyPlanningLogin
Malta Environment & Planning Authority - www.mepa.org.mt
Print Page

HomeSeperatorMedia ReleasesSeperatorNews Details

News Details

ISSIGILLATI ZEWG PENTHOUSES F'SAN GILJAN

Posted on: 27/06/2003

mainpage_directactionpenthouseL-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar illum issigillat zewg penthouses mibnija minghajr permess fi Triq Clarissi, San Giljan.

L-azzjoni ttiehdet wara decizjoni mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar fejn giet ikkonfermata decizjoni tal-MEPA li dawn il-penthouses m'ghandhomx jigu ssanzjonati b'permess ta' zvilupp.

L-Awtorita' qed tillimita l-azzjoni taghha ghall-issigillar tal-penthouses permess li l-kaz issa jinsab quddiem il-Qorti ta' l-Appell.

Il-kaz imur lura ghall-1998 meta kien inhareg enforcement notice fuq dawn il-penthouses li nbnew fir-raba' sular flok washrooms. L-izviluppatur kien applika ghal permess imma t-talba giet michuda mill-Awtorita' fl-2001. L-applikant appella minn din id-decizjoni.

L-inkwilini tal-penthouses gew mgharfa b'din id-decizjoni u inghataw zmien sabiex il-penthouses jigu zgumbrati. Illum il-penthouses gew issigillati.

Aktar kmieni din il-gimgha wkoll l-Awtorita' waqqghet numru ta' kmamar mibnija bla permess f'zona agrikola maghrufa bhala Tar-Remel, fil-limiti ta' Haz-Zebbug.

F'dan il-kaz, kien inhareg enforcement notice mill-MEPA fl-1999. Kienet ukoll saret applikazzjoni biex jigu ssanzjonati numru ta' kmanar mibnija fis-sular terran u fl-ewwel sular imma din l-applikazzjoni giet michuda.

F'dan il-post kien hemm biss kamra wahda li maz-zmien giet mizjuda b'aktar stutturi, dejjem minghajr il-permessi mehtiega.