Contact UsMap ServermyPlanningLogin
Malta Environment & Planning Authority - www.mepa.org.mt
Print Page

HomeSeperatorMedia ReleasesSeperatorNews Details

News Details

STAQARRIJA BI TWEGIBA GHAL MISTOQSIJIET LI SARU MINN MEMBRI TA' L-ISTAMPA

Posted on: 20/09/2002

mainpage_polidanoLaqgha bejn MEPA u Polidano Brothers

Dalghodu saret laqgha bejn l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u Polidano Brothers Ltd fejn gew iccarati punti li tqajmu fi tmiem il-gimgha l-ohra fir-rigward tal-hlasijiet dovuti lill-MEPA.

Waqt din il-laqgha il-MEPA sostniet li l-mandat ta' sekwestru li ghamlet kien ghall-ammont dovut ta' Lm50,000. Il-mandat kien fuq Polidano Brothers Ltd biss u fuq l-ebda kumpanija sussidjarja jew kontijiet privati. Dan gie kkonfermat mill-istess avukati ta' Polidano Brothers.

Il-MEPA talbet dan il-mandat wara diversi attentati biex jithallsu Lm50,000 li kienu dovuti fl-1 ta' Lulju 2002. Dawn il-flus kienu it-tieni minn sensiela ta' erba' pagamenti ta' Lm50,000-il wiehed u li kellhom jithallsu f'fond ambjentali minn Polidano Brothers. Il-hlas huwa wiehed mill-kundizzjonijiet fil-permess ghall-izvilupp tal-lukanda Solemar.

Intlahaq qbil li l-Awtorita' tirtira t-talba ghall-mandat ta' sekwestru u Polidano Brothers jonoraw il-kambjali u jhallsu l-Lm50,000.

Waqt din il-laqgha ma ntlahaq l-ebda qbil u ma saru l-ebda arrangamenti fuq xi punti ohra.

Data: 23.09.02

Stqarrija bi twegiba ghal mistoqsijiet li saru minn membri ta' l-Istampa fir-rigward ta' l-ex Lukanda Solemar

B' riferenza ghall-kundizzjonijiet imposti mill-MEPA fil-permess ghall-izvilupp tas-Solemar kellha ssir kontribuzzjoni ta' Lm200,000 ghal fond imwaqqaf mill-Awtorita' ghal inizjattivi ta' titjib ambjentali.

Dan il-hlas kellu jsir f'erba' pagamenti. L-ewwel pagament ta' Lm50,000 ingibed minn garanzija bankarja li kienet saret sabiex tassigura li jitharsu l-kundizzjonijiet fil-permess. It-tieni pagament kien dovut minn kambjali li kellha tigi onorata fl-1 ta' Lulju. Din il-kambjali ma gietx onorata u l-Awtorita' hadet passi legali biex dawn il-flus jingabru.

Il-'compliance certificate' johrog biss meta jkun assigurat li l-bini huwa konformi mal-pjanti kif approvati u jinghata certifikat mill-Kummissjoni Persuni b'Dizabilita' u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Dawn il-fatturi jiddependu biss mill-applikant. Il-hrug tal-'compliance certificate' m'ghandu x'jaqsam xejn mal-hlas dovut.