Contact UsMap ServermyPlanningLogin
Malta Environment & Planning Authority - www.mepa.org.mt
Print Page

HomeSeperatorMedia ReleasesSeperatorNews Details

News Details

VETTURA GIET IKKONFISKATA WAQT OPERAZZJONI TA' TINDIF

Posted on: 17/05/2002

mainpage_delimaracleanup 2Sewwieq ta' trakk li kien sejjer jarmi terrapien f'Delimara inqabad fil-fatt dalghodu waqt li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) kienet ghaddejja b'operazzjoni ta' tindif.

Kien ghall-habta tal-hdax li ufficjal tal-MEPA lemah trakk mghobbi bit-terrapien jinsaq lejn fejn kienet qeghda ssir l-operazzjoni ta' tindif u tnehhija ta' bini illegali. Huwa mill-ewwel gibed l-attenzjoni tal-membri tal-Pulizija ta' l-Administrative Law Enforcement li kienu pronti qabbdu lis-sewwieq qabel ma battal it-trakk. Il-vettura giet ikkonfiskata.

L-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar il-bierah u illum kompliet bit-tnehhija ta' aktar bini llegali f'Delimara. Tnehhew stutturi llegali vicin il-fortizza ta' Delimara kif ukoll gebel, terrapien u materjal iehor mormi llegalment f'dawn l-inhawi.

Ix-xoghol huwa mistenni li jitkompla l-gimgha d-diehla.