Contact UsMap ServermyPlanningLogin
Malta Environment & Planning Authority - www.mepa.org.mt
Print Page

HomeSeperatorMedia ReleasesSeperatorNews Details

News Details

PROGETTI GHANDHOM LI JHALLU 'IMPATT SINJIFIKANTI U POZITTIV' FIL-LOKALITAJIET

Posted on: 11/11/2008

UIF 2Il-Urban Improvement Fund (UIF) qatt ma nholoq biex jibbilancja il-kontijiet finanzjarja tal-Kunsilli Lokali

L-ghan principali tal-Urban Improvement Fund (UIF) huwa li jinkoraggixxi u jiffacilita l-izvilupp ta' progetti li jistghu jaghmlu differenza sinjifikattiva u pozittiva lill-ambjent urban tal-bliet u l-irhula taghna.

B'reazzjoni ghall-istqarrija mahruga aktar kmieni mill-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u membru tal-Kumitat UIF, is-Sur Michael Cohen, l-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), tixtieq taghmila cara, li filwaqt li tapprezza il-kontribuzzjoni siewja u l-koperazzjoni tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, finalment huwa fid-dmir ta' l-Awtorita li tizgura li kull progett iffinanzjat mil-fondi tal-UIF jilhaq il-kriterji li ghalihom inholoq dan il-fond.

L-Awtorita ukoll trid taghmilha cara li ghandha fiducja shiha fic-Chairperson tal-Kumitat UIF, il-Perit Elena Borg Costanzi u jsostni bi shih il-principju ta' votazzjoni li bih jittiehdu id-decizjonijiet fi hdan dan il-Kumitat. B'sorpriza l-Awtorita tinnota illi fl-ittra tieghu, is-Sur Cohen, filwaqt li jakkuza lil Perit Borg Costanzi li qed tiehu d-decizjonijiet wehidha, fl-istess hin jara assurd il-fatt li l-membri tal-Kumitat qed jintalbu biex jivvutaw fuq kull decizjoni li trid tittiehed.

L-Awtorita' tixtieq tfakkar ukoll lis-Sur Cohen li l-Urban Improvement Fund (UIF) qatt ma nholoq biex jibbilancja il-kontijiet finanzjarji tal-Kunsilli Lokali. Kull progett propost min kwalunkwe kunsill lokali jew mill-gvern ghandu bzonn l-approvazzjoni tal-kumitat flimkien mal-permessi kollha necessarji.

Sal-llum, il-Fond UIF tal-MEPA, li kien imniedi sentejn ilu biss, kien ta' success fit-titjib ta' l-ambjent f'livell lokali u s'issa ntefqet is-somma ta' €4 miljun fuq aktar min 130 progett. L-Awtorita' hija marbuta li tara li l-fondi kollha huma amministrati b'mod trasparenti u efficjenti u li l-kunsilli lokali jibqghu jibbenefikaw minn fondi li jippromwovu progetti li huma sotstenibbli lokalment.