Il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit- 8 ta' Jannar, 2007 cahdet (dismissed) applikazzjoni PA 655/05 ghat- tigdid tal-operat ta' barriera tal-Qawwi f' Ghar d-Dar, il-Qala. Dan sar wara li nhareg Avviz ta' nfurzar u twettieq. Dan jista' jwassal ghal passi kriminiali.
L-Avviz ta' Infurzar nhareg fid-29 ta' Novembru, 2006 kontra Raymond Gatt f'isem il-Kumpanija Salvu Mintoff & Sons Ltd kif ukoll fuq sid l-art "Abbazija San Antonio degli Navarra". Dawn gew notifikati fl-1 Dicembru, 2006.
L-Avviz ta' Twettiq jikkoncerna tlett aspetti ta' zvilupp mhux skond il-permess mahrug. Il-konfini tal-barriera ma nzammux skond fil-pjanti; inkisru ghadd ta'kundizzjonijiet, u, fl-ahhar nett, sar zvilupp biddel l-uzu ta' l-art madwar ghal lok ta' tfigh u hazna ta' terrapien u materjal iehor f'parti 'l barra mill-konfini tal-permess mahrug .
It-taqsima ta' l-Infurzar ilha dawn l-ahhar gimghat u xhur ssegwi s-sitwazzjoni prekarja ta' sfregju mal-kosta ta' Ghar d-Dar, Qala waqt li fil-jiem li gejjin ser jibdew proceduri kriminali kontra sid il-barriera ghall-hsara ambjentali li saret.
Sadanittant il-mizuri mehuda minn ufficcjali tal-MEPA fir- rigward ta' Barrieri tal-Qawwi li jinsabu fl-inhawi tal-Qala diga qed iwassal biex materjal mitfugh bla permess beda jitnehha.