Contact UsMap ServermyPlanningLogin
Malta Environment & Planning Authority - www.mepa.org.mt

Print Page

HomeSeperatorInfo and ParticipationSeperatorLetters to the EditorSeperator2011SeperatorU-TURN MILL-MEPA DWAR IL-KAZ TA' GreenMT

U-TURN MILL-MEPA DWAR IL-KAZ TA' GreenMT

L-Orizzont
13 t'Ottubru, 2011


Nirreferi għall-artiklu li deher fil-gazzetta l-Orizzont nhar il-Tlieta 27 ta’ Settembru 2011 taħt it-titlu ‘U-turn mill-MEPA dwar il-każ ta’ Green MT’.

F’dan l-artiklu l-ġurnalist qiegħed jallega li l-Awtorita’ qiegħda tbiddel il-pożżizjoni tagħha, xahar u nofs wara, li kienet wieġbet għall-mistoqsijiet li l-istess gazzetta kienet għamlet dwar dan il-kaz. L-investigazzjoni qiegħda titwettaq mill-MEPA fuq r-rapport awditjat li kien gie ippreżentat mill-kumpanja GreenMT relatat mal-iskema tal-gbir tal-ippakkeġġjar. Barra minn hekk, l-istess artiklu qiegħed jallega ukoll li l-Awtorita’ ma rieditx twieġeb għall-mistoqsijiet kollha li bagħat dan il-ġurnal.

L-Awtorità trid tagħmilha ċara li hi ma tistax tinvestiga affarijiet li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilita’ tagħha bħalma hi l-kwistjoni tar-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-iskemi u l-Kunsilli Lokali. Il-MEPA qatt ma kienet involuta f'kuntratti bejn il-Kunsilli Lokali u l-iskemi u għaldaqstant mhix fil-kompetezza tagħha li tidhol f ‘din il-kwistjoni u tinvestiga. Din m’hix U-turn kif allega l-ġurnalist iżda konferma tar-rwoli u r-responsabbilitajiet li jaqgħu taħt din l-Awtorita’.  

Il-MEPA dejjem għamlitha ċara li hi qiegħda tinvestiga l-każ fejn fih kienet talbet xi kjarifiki u rapporti reveduti relatati mal-informazzjoni li kienet ġiet sottomessa  lill-Awtorita’ fir-rapport annwali tal-2009, liema r-rapporti kienu valutati minn awditur independenti tal-istess skema. Dawn ir-rapporti u kjarifiki ġew sottomessi lill-MEPA fil-ġranet li għaddew.

Fl-artiklu l-ġurnalist jgħid ukoll li l-Awtorità ma rieditx twieġeb għall-mistoqsijiet kollha li bagħtet il-ġurnal fosthom, id-data ta’ meta ġew konkluzi dawn l-investigazzjonijiet, x’kien l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet, x'tip ta' passi ser jittieħdu kontra il-Green MT  minħabba l-irregolarita', l-kwantifikazzjoni tal-ammont tal-multa/sentenza l-ħabs/kastig ieħor, jekk il-kaz m’huiex ser jitressaq il-Qorti jew hux ser ikun hemm biss multa ammistrattiva mill-MEPA.

Kif wieħed jista jara dawn id-domandi kollha huma marbuta mal-konklużjoni tal-investigazzjoni li l-Awtorita’ għarfet lill-ġurnalist li ‘bħalissa l-Awtorita’ qiegħda għaddejja bl-analiżi ta’ dawn ir-rapporti marbuta mal-investigazzjonijiet li ġew sottomessi lill-MEPA fil-granet li għaddew, kif ukoll li l-Awtorità ser tagħlaq din l-investigazzjoni mill-aktar fis possibbli.’ L-Awtorita’ ma tistax tifhem kif hi qiegħda tigi akkużata li ma rrisponditx għal dawn id-domandi meta l-investigazzjoni għada mihiex magħluqa.

L-Awtorità terġa tisħaqq li hija qatt għamlet U-turns fl-investigazzjoni tagħha fuq dan il-każ. Il-MEPA se tgħarraf lill-pubbliku bil-konkluzjonijiet wara li tingħalaq din l-investigazzjoni.