Contact UsMap ServermyPlanningLogin
Malta Environment & Planning Authority - www.mepa.org.mt

Print Page

HomeSeperatorInfo and ParticipationSeperatorLetters to the EditorSeperator2011SeperatorL-AGIR ABBUZIV TA' UFFICJAL GHOLI TAL-MEPA

L-AGIR ABBUZIV TA' UFFICJAL GHOLI TAL-MEPA

Kulħadd
27 ta' Novembru, 2011

Sur Editur,

Nirreferi għall-artiklu li deher fil-gazzetta l-Kulħadd nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru 2011 taħt it-titlu ‘Talba għal investigazzjoni indipendenti dwar aġir abbużiv ta’ uffiċjal għoli tal-MEPA.’

L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiċħad l-allegazzjoni magħmula mill-kelliem tal-Partit Laburista dwar l-Ambjent, is-Sur Leo Brincat, fejn sosstna li nhar il-Ħamis li għadda, uffiċjal fi ħdan il-MEPA ċempel fiċ-Ċentru tas-Saħħa u hedded lit-tobba li kien ser jirrapurtahom lis-Supretendent tas-Saħħa.

L-Awtorita’ tista tikkonferma wkoll illi wara li ħarġet “stop order” fil-konfront ta’ ċerti attivitajiet li kienet tagħmel il-Mediterranean Offshore Bunkering Co. Ltd (MOBC), il-problema tal-irwejjaħ fl-akkwati tal-Marsa naqset sostanzjalment u l-ilmenti li saru minn impjegati jew residenti minn dakinhar l’hawn kienu minimi.

Is-sors tal-ilment li seħħ nhar il-Ħamis li għadda ġie identifikat u l-operatur ġie ordnat jieqaf sakemm jingħata avviz ieħor.